Thursday, July 19, 2012

Daqsien ġodda għall-qoxra tal-ktieb

L-aħħar verżjoni tal-iPad tad-ditta Apple ħareġ b'teknoloġija viżiva ġdida msejħa retina display li tippermetti r-riproduzzjoni ċara ħafna tal-grafika. Minħabba dan l-Apple ħarġet regoli ġodda dwar id-daqs għall-qxur tal-kotba elettroniċi li jidhru fuq l-iBookstore; dan biex il-qarrejja li jużaw l-iPad il-ġdid ikunu jistgħu jgawdu kwalità ta' grafika ogħla. Fl-istess żmien l-Amazon ħarġet regoli simili għall-kotba mfasslin għall-Kindle.

Minħabba dan minn nofs Lulju Smashwords bdew jaċċettaw biss grafika li tkun mill-inqas 1,400 pixels wiesgħa. Għalissa qed jgħidu li l-qxur ta' dawk il-kotba li ħarġu qabel jistgħu jibqgħu l-istess, madankollu f'qasir żmien dawn se jkollhom jiġu aġġornati wkoll biex ikunu bid-daqsien il-ġodda.

Wednesday, July 18, 2012

Il-Kategorija Aġġornamenti

F'din il-kategorija se ntella' aġġornamenti u tagħrif ieħor li niġbor bejn edizzjoni u oħra tal-ktieb.

Bħalma wieħed jista' jimmaġina d-dinja tal-ktieb elettroniku hija waħda li qed tiżviluppa u titbiddel prattikament kuljum, u xi ftit mill-informazzjoni li tinsab fil-ktieb elettroniku Kif Toħloq Ebook bil-Malti setgħet tbiddlet minn mindu ppubblikajtu.

Għalkemm biħsiebni noħroġ edizzjoni aġġornata aktar tard, huwa impossibbli li naġġorna l-ktieb ta' spiss. Għaldaqstant żviluppi ġodda li jsiru bejn edizzjoni u oħra l-ewwel nippubblikahom hawn. Dawk l-aġġornamenti li jkunu żdiedu wara l-pubblikazzjoni ta' edizzjoni partikolari jidhru fl-edizzjoni li jkun imiss.

Saturday, June 16, 2012

Għall-bejgħ minn fuq Lulu issa...

Il-Ktieb Kif Toħloq Ebook bil-Malti issa jinsab għall-bejgħ bħala dokument PDF minn fuq Lulu.com. Għal aktar tagħrif kif takkwista kopja tal-ktieb, ikklikkja hawn.

Saturday, June 9, 2012

Il-ktieb ħiereġ dalwaqt...

Kif Toħloq Ebook bil-Malti għandu jkun għall-bejgħ lejn nofs Ġunju jew ftit aktar tard. Iċċekkjaw hawn ta' spiss għal aktar aġġornamenti.

Il-ktieb se jkun għall-bejgħ minn Lulu.com. Se jkollu madwar 210 paġna u se jkun tal-format PDF, għaldaqstant ikun jista' jinqara fuq kompjuters normali (kemm PCs kif ukoll Macs) u fuq apparati żgħar bħal smartphones u tablets.

Għal aktar tagħrif dwar il-kontenut tal-ktieb, ara l-post Werrej ġenerali tal-ktieb.

Friday, June 8, 2012

Werrej ġenerali tal-ktieb

Daħla

Il-proċess ta’ pubblikazzjoni elettronika

L-iżvilupp tal-qari elettroniku

Noti tekniċi

Noti lingwistiċi/ortografiċi


Tagħrif Bażiku

Il-format EPUB u l-format PDF

  • Test fiss u test flessibbli
  • EPUB jew PDF?
  • Vantaġġi tal-format EPUB u formati flessibbli
  • Żvantaġġi tal-format EPUB
  • Vantaġġi tal-format PDF
  • Żvantaġġi tal-format PDF
  • Formati oħra
  • Konklużjoni

It-tastiera tal-Malti u l-Unicode

  • It-tastiera tal-Malti
  • Il-fonts tal-Malti dari u llum

Ċekkjaturi u ortografija tal-Malti

  • Preġji taċ-ċekkjatur Linux
  • Nuqqasijiet/limitazzjonijiet taċ-ċekkjatur Linux

Żbalji komuni fil-word processing

 

Produzzjoni ta’ Test Fiss

Kelmtejn qabel

It-tifsila tal-paġna

  • Id-daqs tal-paġna

Il-Binja tad-dokument

  • Kif tissettja l-paġna f’dokument ġdid

L-istili awtomatizzati tal-Word

  • Għaliex l-istili awtomatizzati?
  • Kif tissettja stil ġdid
  • Il-Paragrafu
  • L-istili ewlenin għal dan l-ebook

Il-Werrej Ġenerali (ToC)

  • Oħloq werrej ġdid
  • Irranġa werrej li diġà jeżisti

Elementi estetiċi oħra

  • Headers u Footers
  • Paġinazzjoni
  • Footnotes u endnotes
  • Bookmarks
  • Id-Drop Cap
  • Karattri/sinjali speċjali
  • Numerazzjoni awtomatika
  • AutoCorrect: żbalji ortografiċi
  • AutoCorrect: ifformattjar
  • Sezzjonijiet differenti ta’ dokument

Kif toħloq PDF

  • Microsoft Word 2007/2010
  • Adobe Acrobat
  • L-Adobe Acrobat fil-Microsoft Word
  • Printer drivers
  • Font embedding

 

Produzzjoni ta’ Test Flessibbli

Struttura ġenerali

Gwida Lulu

Gwida Smashwords

Gwida KDP

Kif toħloq EPUB jew MOBI

  • Sigil (għall-format EPUB)
  • 2EPUB.com (għall-formati kollha)
  • Scrivener (għall-formati kollha)
  • Programmi oħra

 

Grafika

Illustrazzjonijiet

  • Punti x’tikkunsidra
  • Biex iddaħħal illustrazzjoni f’dokument
  • Biex iddawwar it-test madwar il-grafika
  • Agħti caption lill-grafika

Kif tiddisinja qoxra

  • Oħloq qoxra fil-Microsoft Office 2010
  • Oħloq qoxra bil-GIMP jew bil-Photoshop
  • Dehra professjonali tal-qoxra
  • Nota dwar drittijiet tal-awtur għar-ritratti

 

Sottomissjoni tad-dokument

Pubblikazzjoni ta’ ktieb fuq Lulu.com

  • Profil
  • Bidu tal-proċess: tella’ d-dokument
  • Agħżel numru tal-ISBN
  • Iddisinja qoxra
  • Iddeskrivi l-ktieb
  • Iddeċiedi prezz għall-bejgħ
  • Protezzjoni elettronika tax-xogħol
  • Pubblikazzjoni stampata

Pubblikazzjoni ta’ ktieb fuq Smashwords

  • Profil
  • Sottomissjoni tal-ktieb
  • Titlu u deskrizzjoni tal-ktieb
  • Prezz u silta ta’ prova
  • Klassifikazzjoni tal-ktieb
  • Tags
  • Format tal-ebook
  • Il-qoxra
  • Tella’ d-dokument
  • Konferma/ftehim tal-pubblikazzjoni
  • Wara s-sottomissjoni

Pubblikazzjoni ta’ ktieb fuq KDP

  • Profil
  • Kif tibda: tagħrif dwar il-ktieb
  • ISBN u drittijiet ta’ pubblikazzjoni
  • Kategorizzazzjoni u Keywords
  • Il-qoxra
  • Protezzjoni tal-ktieb
  • Tella’ d-dokument
  • Biex taġġorna d-dokumen
  • Is-servizz KDP Select
  • Is-servizz CreateSpace

Aktar dwar pubblikazzjoni

  • X’inhu ISBN?
  • X’inhi metadata?
  • Ktieb elettroniku jew stampat?
  • DRM jew le?
  • Prezzijiet tal-ktieb

Wara l-pubblikazzjoni?

  • Promozzjoni tal-ktieb
  • Siti soċjali
  • Sit elettroniku
  • Blog

 

Sommarju

Il-Punti bażiċi

  • Tagħrif bażiku
  • Il-Malti
  • Produzzjoni tat-test
  • Grafika u ritratti
  • Taqlib tad-dokument u sottomissjoni
  • Promozzjoni ta’ xogħlok
  • Biex tuża l-massimu tas-servizzi kollha...

Ħoloq

  • Ħwienet elettroniċi tal-kotba
  • Pubblikaturi/aggregators ta’ ebooks
  • Proċessar/taqlib ta’ dokumenti elettroniċi
  • Qarrejja ta’ kotba elettroniċi
  • Grafika
  • Siti ġenerali

Glossarju

Referenzi

Il-ktieb Kif Toħloq Ebook bil-Malti

Il-kotba elettroniċi saru popolari ħafna kemm minħabba l-isplużjoni fis-suq ta' apparati elettroniċi - kompjuters, smartphones, tablets - kif ukoll minħabba l-konvenjenza li joffru u, aktar importanti, l-aċċessibilità immedjata li għandhom.

Madankollu ftit li xejn għadna qed naraw kotba elettroniċi bil-Malti. Ftit żmien ilu ppubblikajt l-ewwel ktieb elettroniku tiegħi, u kien hemm min saqsieni dwar il-proċess kif wieħed jista' jfassal ktieb elettroniku u jippubblikah. Għalhekk dan il-ktieb.

Il-proċess fih innifsu jimplika xogħol u dedikazzjoni min-naħa tal-kittieb - s'hawn ma hemm xejn ġdid - madankollu b'dan il-proċess żdiedu ħafna ħiliet tekniċi li jistgħu jbiegħdu lil xi kittieb milli jagħmel dan il-pass f'għalqa kemxejn ġdida iżda li tista' toffri ħafna. U billi din l-għalqa hija għalqa teknika li titbiddel faċilment f'qasir żmien, ħsibt li ntella' dan il-blog biex inżomm lil dawk il-qarrejja interessati aġġornati bit-tibdiliet.

M'hemmx dubju li f'qasir żmien ikolli nippubblika edizzjoni ġdida tal-ktieb, iżda sadattant kulħadd huwa mistieden isegwi l-aġġornamenti hawn, jgħaddi kummenti u, nittama wkoll, suġġerimenti biex l-edizzjoni li jmiss tal-ktieb tkun aħjar.