Showing posts with label 02 Posts ġenerali. Show all posts
Showing posts with label 02 Posts ġenerali. Show all posts

Saturday, June 16, 2012

Għall-bejgħ minn fuq Lulu issa...

Il-Ktieb Kif Toħloq Ebook bil-Malti issa jinsab għall-bejgħ bħala dokument PDF minn fuq Lulu.com. Għal aktar tagħrif kif takkwista kopja tal-ktieb, ikklikkja hawn.

Saturday, June 9, 2012

Il-ktieb ħiereġ dalwaqt...

Kif Toħloq Ebook bil-Malti għandu jkun għall-bejgħ lejn nofs Ġunju jew ftit aktar tard. Iċċekkjaw hawn ta' spiss għal aktar aġġornamenti.

Il-ktieb se jkun għall-bejgħ minn Lulu.com. Se jkollu madwar 210 paġna u se jkun tal-format PDF, għaldaqstant ikun jista' jinqara fuq kompjuters normali (kemm PCs kif ukoll Macs) u fuq apparati żgħar bħal smartphones u tablets.

Għal aktar tagħrif dwar il-kontenut tal-ktieb, ara l-post Werrej ġenerali tal-ktieb.

Friday, June 8, 2012

Il-ktieb Kif Toħloq Ebook bil-Malti

Il-kotba elettroniċi saru popolari ħafna kemm minħabba l-isplużjoni fis-suq ta' apparati elettroniċi - kompjuters, smartphones, tablets - kif ukoll minħabba l-konvenjenza li joffru u, aktar importanti, l-aċċessibilità immedjata li għandhom.

Madankollu ftit li xejn għadna qed naraw kotba elettroniċi bil-Malti. Ftit żmien ilu ppubblikajt l-ewwel ktieb elettroniku tiegħi, u kien hemm min saqsieni dwar il-proċess kif wieħed jista' jfassal ktieb elettroniku u jippubblikah. Għalhekk dan il-ktieb.

Il-proċess fih innifsu jimplika xogħol u dedikazzjoni min-naħa tal-kittieb - s'hawn ma hemm xejn ġdid - madankollu b'dan il-proċess żdiedu ħafna ħiliet tekniċi li jistgħu jbiegħdu lil xi kittieb milli jagħmel dan il-pass f'għalqa kemxejn ġdida iżda li tista' toffri ħafna. U billi din l-għalqa hija għalqa teknika li titbiddel faċilment f'qasir żmien, ħsibt li ntella' dan il-blog biex inżomm lil dawk il-qarrejja interessati aġġornati bit-tibdiliet.

M'hemmx dubju li f'qasir żmien ikolli nippubblika edizzjoni ġdida tal-ktieb, iżda sadattant kulħadd huwa mistieden isegwi l-aġġornamenti hawn, jgħaddi kummenti u, nittama wkoll, suġġerimenti biex l-edizzjoni li jmiss tal-ktieb tkun aħjar.