Friday, June 8, 2012

Il-ktieb Kif Toħloq Ebook bil-Malti

Il-kotba elettroniċi saru popolari ħafna kemm minħabba l-isplużjoni fis-suq ta' apparati elettroniċi - kompjuters, smartphones, tablets - kif ukoll minħabba l-konvenjenza li joffru u, aktar importanti, l-aċċessibilità immedjata li għandhom.

Madankollu ftit li xejn għadna qed naraw kotba elettroniċi bil-Malti. Ftit żmien ilu ppubblikajt l-ewwel ktieb elettroniku tiegħi, u kien hemm min saqsieni dwar il-proċess kif wieħed jista' jfassal ktieb elettroniku u jippubblikah. Għalhekk dan il-ktieb.

Il-proċess fih innifsu jimplika xogħol u dedikazzjoni min-naħa tal-kittieb - s'hawn ma hemm xejn ġdid - madankollu b'dan il-proċess żdiedu ħafna ħiliet tekniċi li jistgħu jbiegħdu lil xi kittieb milli jagħmel dan il-pass f'għalqa kemxejn ġdida iżda li tista' toffri ħafna. U billi din l-għalqa hija għalqa teknika li titbiddel faċilment f'qasir żmien, ħsibt li ntella' dan il-blog biex inżomm lil dawk il-qarrejja interessati aġġornati bit-tibdiliet.

M'hemmx dubju li f'qasir żmien ikolli nippubblika edizzjoni ġdida tal-ktieb, iżda sadattant kulħadd huwa mistieden isegwi l-aġġornamenti hawn, jgħaddi kummenti u, nittama wkoll, suġġerimenti biex l-edizzjoni li jmiss tal-ktieb tkun aħjar.

No comments:

Post a Comment